L-Awturi Maltin fi "Gżejjer"

L-awturi Maltin li se jieħdu sehem fir-rappreżentazzjoni letterarja bl-isem ta’ “Gżejjer” se jippreżentaw xogħlijiet li għadhom qatt ma ġew ippubblikati. Uħud mix-xogħlijiet inkitbu apposta għal-lejla iżda l-biċċa l-kbira huma xogħlijiet li jaqblu mat-tema iżda nkitbu qabel ma tħabbret it-tema ta’ din is-sena. (Fir-ritratt l-attriċi Marcelle Teuma)

Fost il-kittieba hemm awturi stabbiliti bħal Victor Fenech, Trevor Żahra, Maria Grech Ganado, Immanuel Mifsud, Henry Holland u Leslie Vassallo. Hemm ukoll awturi li qegħdin isiru aktar magħrufa mal-pubbliku Malti u diġà ħadu sehem f’attivitajiet oħrajn ta’ Inizjamed, fosthom Simone Inguanez, Bernard Cauchi, Stanley Borg, Kenneth Busuttil, Karsten Xuereb, Stephen Cachia u Norbert Bugeja. 

L-awturi l-oħrajn qegħdin jieħdu sehem f’attività pubblika ta’ Inizjamed għall-ewwel darba: Karl Alan Fenech, David Agius Muscat, Clare Azzopardi, William Grech, Jesmond Zerafa, u Michael Zammit.

Michael Zammit

Stephen Cachia

Leslie Vassallo

Trevor Żahra

Victor Fenech

Kenneth Busuttil

Clare Azzopardi

Simone Inguanez

Henry Holland

Maria Grech Ganado

Karl Alan Fenech

David Agius Muscat

Norbert Bugeja

Immanuel Mifsud

Jesmond Zerafa

Adrian Grima

William Grech

Karsten Xuereb

Stanley Borg

Bernard Cauchi


Għall-Ewwel Paġna