|
Kittieba u Xarkijiet - Karl Schembri |
|
Adrian Grima (2004)Ara wkoll: Riċensjoni ta' Sergio Grech u What Authors Read ta' Stanley Borg |
||
1. F'intervista ma' Stanley
Borg li kienet dehret f'The Times tas-7 ta' Gunju 2003, inti kont
għidt li għalik il-kitba għandha taqleb id-dinja ta' taħt fuq ("You
see, for me writing is essentially a question of presenting my vision of
the world - that is turning everything upside down.") Imma fil-fatt,
m'hemm xejn ta' taħt fuq fil-karattru tal-ġurnalist Mark Micallef jew
ix-xark Spiru Abela. Anzi, lil Spiru Abela ismu proprja kien jonqsok ittih
... U xi trid tgħid biha li m'hemm xejn ta' taħt fuq fil-karattru ta' Mark Micallef? Jewwilla dan mhux dak il-ġurnalist li ssielet għall-verità sa l-aħħar mument, sal-punt li qabel qata' qalbu, kitbilna dawk l-erba' episodji tiegħu biex idawwalna dwar il-verità ta' madwarna? Kemm taf ġurnalisti oħra bħalu jagħmlu hekk? U dan kif għandi nirrispondi jien għalihom? Mela l-mewt ta' l-awtur fejn tridu biss teżisti? Issa xebbajtuni kulħadd jistaqsini: “Imma hemmhekk
għal Alfred Sant qed tirreferi?” jew, “Jaqaw dak il-karattru Toni Zarb?”
jew “Possibbli Dun Karm għamel dawk l-affarijiet?” It-twegiba tiegħi hi li
jiena ma jien ħadd biex niddeċidilkom min huma l-karattri; jekk ifakkrukom
f'xi ħadd, mela kunu rġiel u erfgħu r-responsabbilità tagħkom u għidu
f'min qed taħsbu tajjeb u f'min qed taħsbu ħażin. X'tort għandi jien jekk
qassis li fil-ħrejjef tiegħi jbagħbas it-tfal ifakkar lil xi ħadd f'Dun
Karm? Fil-Poeta Nazzjonali! X'naħti jien jekk f'moħħkom ixxebbhu karattru
li ħloqt jien ma' wieħed li takom il-Ħallieq? Sinjal li jien u Alla naqblu
fuq ċerti affarijiet, anki jekk ma nemmnux f'xulxin. Għalhekk, le, m'iniex membru ta' din ix-xirka,
qabelxejn għax minn dejjem kont falliment fejn jidħlu l-flus. Iżda inti
taf tajjeb daqsi li x-xark m'hux l-unika kreatura fil-baħar imniġġes
tagħna, u lanqas m'hu l-unika waħda qerrieda. Irridu nammettu li lkoll qed
ngħumu fl-istess ħara. Dan qed ngħidu mhux b'ton ta' akkuza, iżda bħala stat ta' fatt. L-inkarnazzjoni ta' dis-sitwazzjoni hija l-immagini ta' Bob Dylan idoqq quddiem il-Papa. Ir-rivoluzzjoni tal-peace and love issa għandha l-barka tal-Vatikan. Għalija, letteratura li tippontifika kontra
l-letteratura ta' qabilha tibqa' dejjem letteratura li tippontifika, u
għalhekk ma tinteressanix. L-importanti hu li tirrikonoxxi l-pozizzjoni
tiegħek, l-għeruq, bħalma għamel Gwann Mamo. Minn hemm 'il quddiem,
il-kitba tibqa' dejjem il-prodott ta' zmienha, anki jekk bil-firma -
illuzorja imma mehtiega - ta' l-awtur. Mela ma nifthux kotba fuq rebbiegħa u mhux rebbiegħa. Barra minn hekk, ahjar inzommu saqajna ma' l-art u naraw l-izviluppi li qed issemmi f'perspettiva. Veru, dan l-aħħar kellna diversi pubblikazzjonijiet f'daqqa li qajmu interess. Guze Stagno, u Immanuel Mifsud u jien tpoggejna fuq l-istess xkaffa - bejn għax kellna l-istess pubblikatur, bejn għax kellna l-istess faxxinu bil-lingwagg popolari fil-kitbiet tagħna - ħadd minna ma gerger. Kien hemm ukoll pubblicità li jisthoqqlu kull ktieb, element ta' kontroversja li qajjem diskussjoni, apparti xogħol li kienet qed ittella' separatament Inizjamed, u l-pubblikazzjonijiet infushom kellhom follow-up tajjeb fuq il-gazzetti. Iżda jibqa' l-fatt li apparti l-Minima (u hawnhekk insellem lil Mark Vella li hareg għonqu u ppubblika l-kotba li ħaddiehor beza' johrog), l-ebda pubblikatur iehor s'issa għadu ma dahal għal-letteratura l-gdida b'impenn. Tant hu veru li awturi bħalek stess, Adrian, qed ikollhom johorgu l-kotba tagħhom huma stess, għax il-pubblikaturi l-kbar li jiddominaw is-suq huma biss interessati f'materjal b'captive market bħall-kotba ta' l-iskejjel, kotba tat-tisjir, kotba ta' l-Istorja tal-Kavallieri, kalendarji tal-parrocca, magazines tal-kazini, il-fuljett tal-Kappillan, ecc. Fi kliem iehor, biex nitkellmu dwar rebbiegħa
fil-letteratura irridu nitkellmu dwar kif se niehdu l-mezzi f'idejna,
l-awturi, biex nohorgu l-letteratura tagħna. Għalhekk Marx kien, għadu u
jibqa' għal dejjem relevanti. Irridu nsibu mezz kif se nohorgu l-kitbiet
tagħna, kollettivament - il-qarrejja hemm qegħdin jistennew li nohorguhom.
Irridu niffurmaw network ta' distribuzzjoni, li tagevola t-tqassim
tal-pubblikazzjonijiet tagħna, u li ma tiddependix fuq l-agenda ta'
l-istituzzjonijiet. U hawnhekk naqbel mal-ġurnalista Indro Montanelli:
"L'unico padrone del giornalista e` il lettore" - u din tgħodd għal kull
kittieb, cioe` hekk għandu jkun. Jien għandi proposta konkreta, u hawnhekk nittama li Inizjamed tiftah widnejha: Jiena nistieden lill-qarrejja biex jixtru l-ktieb tiegħi; fil-verità r-rumanz, għax għadu mhux ippubblikat. Nitlobhom ihallsuni tal-ktieb bil-quddiem, u jien nagħtihulhom sena wara, lest, ippubblikat bi flushom. Jekk, ngħidu ahna, ktieb jiswielek Lm600 biex tippubblikah, bizzejjed tbiegħ 300 ktieb bil-quddiem bi prezz ta' Lm2, u fi zmien sena kull min ikun hallsek ikollu l-ktieb lest b'dedika specjali ta' l-awtur. Anzi, għal min hu xettiku, nagħtuh il-kelma tagħna li jekk il-ktieb ma jitlestiex fi zmien sena, jiehu flusu lura mingħajr ebda obbligu. Kelma ta' ragel. B'hekk, mhux biss inkunu hrigna r-rumanzi u l-kotba tagħna, iżda talli nkunu evitajna r-racket tad-distribuzzjoni, il-kotba jmorru dritt mingħand l-istampatur għal għand il-qarrej, mingħajr intermedjarji. Dan il-gest fih innifsu jgib lilna l-awturi f'kuntatt izjed mill-qrib mal-qarrejja, u m'għandix dubju li kieku kellna nadottawh bħala mudell jispicca jtina l-energija mehtiega sabiex il-pubblikazzjonijiet letterarji kontemporanji jibqgħu johorgu b'mod konsistenti. Immagina, li kieku minflok dan l-ezercizzju nagħmlu
wahdi, kif nahseb li se nispicca jkolli nagħmel, tiehdu f'idejha
Inizjamed, billi tifforma koperattiva ta' l-awturi li għandha fi hdanha
m'oħrajn li qed jiktbu kitba kontemporanja, u tgħin awturi indipendenti
johorgu l-pubblikazzjonijiet b'dan il-mod. Hija kwistjoni ta' networking -
li tilhaq lill-qarrejja b'kull mod, tinfurmahom bil-kitbiet tiegħek, dwar
xiex inhuma, u tistaqsihom jixtiequx jarawhom ippubblikati. Biex inpoggiha
b'mod krud, hija kwistjoni li tohloq id-"demand" għas-"supply" ta' kitbiet
li għandna x'noffru, imma fil-verità d-demand diga' hemm qiegħedha, għax
l-attivitajiet ta' Inizjamed stess huma xhieda ta' għatx għal xogħol gdid
li qed ibaqbaq biex johrog. X'tahseb Adrian? Mhux ahjar naraw kif se
nagħmluha dil-bicca xogħol? Dan li
jmissna qegħdin niddiskutu - il-globalizzazzjoni u l-alternattivi għaliha.
Il-globalizazzjoni tagħna, anki tagħna l-awturi. U mela l-halfiet
tal-operetti? U jekk tistaqsini kif nara 'l pajjizi, narah dizorjentat,
għadu isib postu f'dil-globalizazzjoni. Igib ruħu ta' stat sovran, u
jinsa' li hu qabelxejn gzira zgħira, indipendenti bla ma qatt xerred qatra
demm għall-indipendenza tiegħu, u li lanqas m'hu kapaci jittraduci
l-kostituzzjoni Ewropea għal ilsienu waqt li jezalta l-ikoni superfluwi
ta' Dun Karm u tal-kultura tal-vetrina. Hekk narah 'il pajjizi. Is-shubija
fl-Unjoni Ewropea hija biss pass politiku u ekonomiku ovvju, inevitabbli,
li Alfred Sant irnexxielu jdawru f'kontroversja partiggjana li qatt ma
kellha teżisti. L-'effett' ta' din ir-ricerka huwa apprezzament wiesa' ta' dak li jsawwar lili nnifsi u lil oħrajn madwari. X'inhuma l-aspirazzjonijiet ta' generazzjonijiet li rari jinstemgħu, ta' girien tagħna li drajna nharsu lejhom b'disprezz u b'injoranza totali tas-sitwazzjoni tagħhom. Dawn huma kunsiderazzjonijiet li apparti bħala awtur,
jolqtuni direttament fix-xogħol tiegħi bħala ġurnalist. Huma
osservazzjonijiet li nhossni fid-dmir li nagħmel fuq il-pagni
tal-gazzetti. U hawnhekk nappella lill-awturi: Qumu minn hemm! Ejja naqjmu magħna lic-censuri! Satira li ma tiddisturbax lic-censuri m'hi satira xejn. Fejnhom id-drammaturgi tagħna? Jien hawnhekk ukoll għandi proposta konkreta. Għadni kif spiccajt nikteb play satirika, farsa, jisimha L-Aħħar Nifs ta' l-Arcisqof, u għandi bzonn l-atturi. Digà għandi erba' jridu jahdmu, għandi bzonn xi sitta oħra, specjalment nisa, biex naqbdu u ntellgħuha. Għandi l-post ibbukkjat lest għall-play. Atturi ta' Malta, dan huwa c-cans tagħkom biex tiehdu sehem f'farsa sovversiva. Adrian, ta' Inizjamed jgħinuni f'din?
|
||
Din l-intervista dehret
f'darbtejn f'Il-Ġensillum
ta' l-24 u l-31 ta' Jannar, 2004. Grazzi lil Norbert Bugeja |
||