f'kull belt hemm kantuniera

 


 

Ritratti tal-produzzjoni

ta’ Peter Bartolo Parnis

 

Kumment fil-programm

tal-kompożitur Karl Fiorini

 

Kumment fil-programm

ta' l-artista Anabel Cordina

 

Kummenti ta’:

 

Eric Azzopardi

Martin Borg

Zillah Bugeja

Catherine Camilleri

Frank Camilleri

Martina Caruana

Tony Cassar Darien

Sergio Grech

Joyce Guillaimier

Simone Inguanez

Simone Mongelli

Renzo Spiteri

Albert Storace

Lydia Zammit

Claire Zerafa

 

Il-Ktieb: f'kull belt hemm kantuniera


 

Kumment fil-programm tal-kompożitur Karl Fiorini

 

Solitudni fil-Belt” huwa xogħol miktub għal narratur, mezzo sopran, vjolin/vjola, klarinett/klarinett baxx u pjanu. Huwa xogħol f’moviment wieħed maqsum f’disa’ partijiet. Ix-xogħol mibni f’forma ta’ “ħnejja”. Il-partijiet laterali għandhom elementi komuni bejniethom u dan isaħħaħ l-istruttura sħiħa. B’hekk għandna l-ewwel parti li tirrifletti l-aħħar parti, t-tieni tirrifletti t-tmien waħda u l-bqija. Minħabba dan, l-udjenza tevoka f’moħħu ħsejjes li tkun diġà semgħet u dan jiġġenera interess matul ix-xogħol kollu.

 

Jien enfasizzajt l-istruttura fix-xogħol tiegħi għax nemmen li l-mużika tikkomunika dan. Dan il-kunċett ġej minn mużika antika fejn strutturi ritmiċi kienu jkunu użati bħala mezz ta’ komunikazzjoni. Jekk din l-istruttura hija bilanċjata tajjeb tinħoloq interazzjoni bejn il-mużika u s-semmiegħ.

 

Inħoss li huwa importanti ħafna li tkun aġġornat ma’ dak li qed jiġri madwarek għax l-arti għandha tirrifletti s-soċjetà ta’ żmienha. Artist awtentiku dejjem jipprova jaħtaf l-ispirtu ta’ żmienu.

 

Inħoss li f’dinja li qed tiżviluppa ruħha f’ħames blokok, l-għeruq huma importanti ferm fl-iżvilupp tal-kultura tagħna. Bħala artist naħseb li llum wieħed irid jaħseb b’mod globali imma jaġixxi lokalment. Il-Mediterran se jibqa’ jinfluwenza l-personalita’ tiegħi kemm emozzjonalment u kemm intelletwalment. B’xorti ħażina x’uħud mill-mużiċisti jew kompożituri lokali jinsew li aħna parti minn din l-kultura, b’hekk jissottovalutaw il-mużika indiġena tagħna”.

 


 

Kumment fil-programm ta' l-artista Anabel Cordina

 

“It-tema tas-solitudni fil-belt mill-ewwel laqtitni. Kienet xi ħaġa li dejjem xtaqt nesplora f’termini ta’ arti viżiva. Meta smajt bis-suġġett tal-produzzjoni mill-ewwel bdew ġejjin  ideat, li komplew tkattru meta qrajt ix-xogħlijiet ta’ proża u poeżija  tal-kittieba li qed jieħdu sehem f’din il-produzzjoni. B’hekk nista’ ngħid li t-temi li għażilt li ninterpreta, kienu ġabra ta’ dawn l-esperjenzi.

 

Ix-xogħlijiet huma maħduma f’kunċett minimalistiku u jirriflettu żewġ temi partikolari. L-idea ta ‘ingann’, fejn l-affarijiet mhumiex dejjem kif jidhru ma’ l-ewwel daqqa t’għajn u dik ta’ l-aljenazzjoni; l-għażla (jew le) li ma taħsibx jew ma tħossx, meta wiċċ imb’wiċċ ma’ avvenimenti fil-ħajja. Forsi dan jista’ jkun forma ta’ korazza?

 

Użajt taħlita ta ‘media’ u x-xogħlijiet huma esebiti fuq pedestalli li  l-forma tagħhom tirrifletti l- kaxxi, li wieħed ġeneralment jorbot ma’ l-idea ta’ belt.

 


 

Kien avveniment interessanti ferm

Eric Azzopardi

(mużiċista)

 

It-tema tas-solitudni ġiet trasmessa b’mod ċar mill-pinen artistiċi tal-kittieba. In-narrazzjoni teatrali ta' Marcelle Teuma kienet dejjem friska u ħadt pjaċir ħafna nismagħha tirrakkonta, partikolarment l-ewwel kitba [“Kieku Kont Hi”, ta’ Bernard Cauchi]. Il-mużika ta' Karl Fiorini, mużika li tikkomunika ħafna u hi miktuba fuq stil kontemporanju, kienet tinħass magħquda mal-ħsibijiet tal-poeti. L-atmosfera ġiet asserita sa mill-ewwel noti tal-klarinett, u bħala semmiegħ kont miżmum il-ħin kollu attent. L-erba’ mużiċisti taw ġieħ lix-xogħol, xogħol li nħass unit ħafna, irrispettivament mill-individwalità ta' kull poeżija.

 


Excellent performers but...

Zillah Bugeja

(Editor, Sunday Circle)

 

Ok. I wasn't sure what to expect. Not having read the booklet either, I just waited to see what would happen.

I was really impressed by Marcelle Teuma's performance. She is a great actress and it baffled me that anyone could be articulate at such a speed. Toni Attard was impressive as well.

It was a pleasant surprise to learn that the theme was prostitution ­ my Maltese isn't that good so I missed a lot, but that is the message that came through.

I did not enjoy Karl's music. That is not to mean that I didn't appreciate it, but it wasn't to my taste, and I thought it was extremely long. I could not follow the singing, so switched off a bit. The performers were all excellent and should be commended.

I was confused about whether the show had ended or not [Tuesday performance]! I really thought it was just the intermission and sneaked out for a quick drink, then after an hour realised that it had ended.

Possibly, Karl's music could have been sandwiched in the middle, a short break allowed and then ending with one of the other excerpts.

I think that's it. Apologies for it not being more constructive but this is just a quick message.

 


A Truly Unforgettable Production!

Catherine Camilleri

(University student)

 

With the production f’kull belt hemm kantuniera, Inizjamed has reached a highly professional level. I think it was the most impressive activity that the group has offered to date. I went to the production with the idea that I would assist to a traditional musico-literary evening. But the first notes on the piano made me review my idea. For more than an hour, Fiorini plunged me into another realm. The music required a concentrated effort to listen because some notes may have sounded inharmonious to the unaccustomed ear. Fiorini translates the poetry intelligently into a descriptive music that transmitted, at instants, visual images. Fiorini found the speed and mood for each poem, making use of an array of styles. The blend of the two voices of the actress and the soprano created an unconventional duo. They did an excellent job in keeping in synchrony with the music.

 

Although the soirée was ephemeral, the emotions transmitted transcended time and space, and these feelings are enclosed in the book, professionally presented, that was available during the performances.

 

A truly unforgettable production!

 


 

Tappa fi Proċess ta' Tiftix

Dr. Frank Camilleri

(Għalliem u performer)

 

Nemmen li sforz artistiku għandu jkun iġġudikat mill-parametri li jistabilixxi hu stess. Qiegħed nirreferi b'mod partikolari għal dak it-tip ta' xogħol li jipprova jipproblematizza kunċetti u drawwiet li jaqgħu taħt il-kappa tal-magħruf, dak it-tip ta' xogħol li skond il-kittieb Franċiż Jean-Francois Lyotard jipprova jitlaq lil hinn minn dawk ir-regoli li huma magħrufa permezz ta' tiftixa għal regoli oħra. Aktar milli “prodott ġdid”, dan it-tip ta' xogħol jesplora “mezzi ġodda ta' espressjoni”.

Fil-fehma tiegħi, l-aħħar sforz ta' INIZJAMED, “F'Kull Belt hemm Kantuniera”, jista’ jitqies minn dan il-lat. Mhux faċli tgħid “x'kien” dan l-avveniment. Għalija mhux biżżejjed li jingħad li din kienet taħlita ta' letteratura, mużika, u teatru. “Taħlita” timplika li hemm komponenti separati li bħallikieku ġew mitfugħa f'borma bi ftit li xejn attenzjoni lejn il-kimika li tressaqhom lejn xulxin. Huwa primarjament għal din ir-raġuni li fil-każ ta' “F'Kull Belt Hemm Kantuniera” ma nistax nuża parametri la ta' teatru (biex nikkummenta dwar ix-xogħol ta' Marcelle Teuma u Toni Attard), la ta' mużika (biex nikkummenta fuq il-kompożizzjoni ta' Karl Fiorini u l-performance ta' Caroline Calleja, Claire Massa, Godfrey Mifsud, u Sarah Spiteri), u lanqas ta' letteratura (biex nikkunsidra l-kitbiet ta' Clare Azzopardi, Stanley Borg, Norbert Bugeja, Priscilla Cassar, Bernard Cauchi, Claudia Fiorini, Maria Grech Ganado, u Simone Inguanez). Huwa diffiċli li nagħmel hekk mingħajr ma nkun qiegħed neskludi elementi kruċjali li marru u li kienu fil-binja ta' dak li attendejna għalih fil-25 u s-26 ta' Marzu fil-Kavallier ta' San Ġakbu.

“F'Kull Belt Hemm Kantuniera” tista’ titqies bħala tiftixa ġenwina għal parametri ta' inkontru bejn diversi forom ta' espressjoni. Din għalija diġà hija inizjattiva ta' min ifaħħarha. Għax mhix xi ħaġa faċli, speċjalment fid-dinja konsumista tal-lum fejn irridu kollox lest għall-konsum u fejn diġà qed naħsbu, waqt li qed nikkunsmaw xi ħaġa, dwar dak li se nikkunsmaw wara. Mhix faċli. Mhix faċli lanqas għall-kritiku li mhux mitlub ifittex ix-xagħra fl-għaġina tat-teatru, jew dik tal-mużika, jew tal-kitba, imma li huwa mitlub jikkunsidra l-parametri ta' avveniment bħal “F'Kull Belt Hemm Kantuniera”. Xogħol il-kritiku f'dan il-każ għandu jkun li jkejjel id-distanza/distanzi bejn ix-xogħol u l-parametri li dan ix-xogħol jipprova jistabbilixxi. Ħafna drabi huwa impossibbli, għajr fit-teorija, li tissepara l-uċuħ diversi ta' dawn id-distanzi.

Fil-fehma tiegħi “F'Kull Belt hemm Kantuniera” huwa sforz li rnexxa minħabba din it-tiftixa fil-”mhux-magħruf”. Fil-fehma tiegħi “F'Kull Belt hemm Kantuniera” m'għandux jitqies bħala xi ħaġa “lesta/kompluta” imma bħala tappa waħda fi proċess ta' tiftix. It-tiftixa ta' regoli u mezzi ġodda ta' espressjoni għandha tkun riċerka kontinwa u mhux sempliċement ħaġa ta' darba. Il-fibra ta' INIZJAMED tinkixef jekk proġett bħal “F'Kull Belt hemm Kantuniera” jitqies bħala punt ta' tluq għal aktar tiftix aktar milli bħala punt ta' wasla.

 


Inizjamed at St James
Martina Caruana
Review - The Sunday Times
 

THE Music Room of St James Cavalier’s Centre for Creativity was the venue for an activity – F’kull belt hemm kantuniera – presented by Inizjamed in collaboration with Holiday Malta, the Valletta Rehabilitation Project and the Parliamentary Secretariat within the Ministry for Education.

The activity presented various arts, such as music, prose, poetry, drama and the visual arts in association, and was featured on two consecutive evenings on March 25 and 26.

The programme began with actress Marcelle Theuma ably interpreting Bernard Cauchi’s Kieku Kont Hi. She was later joined by actor Tony Attard for Taht I-Incirata featuring poetry and prose by Claudia Fiorini and Clare Azzopardi respectively. The performance of both items was gripping and musical in its treatment of the inflections of the words together with their inherent rhythm, melody and articulation.

This acted as a suitable prelude to the main item on the programme – Solitudni fil-Belt – composed by Karl Fiorini to thematically unified literary works by Norbert Bugeja (Café Jubilee, Ritratt), Maria Grech Ganado (Sqaq Nru. 2), Priscilla Cassar (Erwieh), Claudia Fiorini (Ghadajjar fil-Belt), Stanley Borg (Bejn Hajja u Mewt) and Simone Inguanez (Sqaq Nru. 1).

This 45-minute long single-movement work is scored for narrator (Marcelle Theuma), mezzo-soprano (Claire Massa), violin alternating with viola (Sarah Spiteri), clarinet alternating with bass clarinet (Godfey Mifsud) and piano (Caroline Calleja). It leads the listener through a string of largely interwoven sections in a union of different art forms.

The Lento atonal Café Jubilee, Ritratt section introduced the devices used by the composer in other parts of Solitudni fil-Belt, a work that is replete with elements of contrast and change.

Those that relate to texture were illustrated in the presentation of solo passages together with others in various combinations as permitted by the permutations offered by the musical elements chosen. Texture and timbre were effectively exploited and explored through contrast and change and sometimes they were responsible for the effective build-up and release of tension.

Elements of contrast and change were also evident in the melodic treatment where drones, melodies hovering around a tonal centre and broad intervals were featured. The former two of these elements certainly relate to the composer’s affinity for his Mediterranean roots.

Contrast and change also featured in the handling of dynamics and tonal shading. Sudden shifts and subtle transitions were noticeable. These elements were further enhanced by members of the ensemble who occasionally moved in parallel whilst others contradicted them. Similar devices were noticeable in the treatment of articulation and special effects present in the work.

Karl Fiorini also managed to create tension between passages where tonality could be identified and others where this was obscured through dissonance. Further interest was created through the juxtaposition of perfect intervals with semitonal glissandos that defy traditional western systems and favour the potential offered by the Mediterranean context.

Even though in terms of mood the various sections of the work essentially reflected the theme of solitude within an urban surrounding, differences in mood were evoked through the score and its interpretation.

Solitudni fil-Belt was interpreted by some of Malta’s fine young artistes who together pooled resources and commitment to provide an interesting reading of the score. Theirs was a collaboration that capitalised on each other’s musicianship and technical ability to ensure a faithful rendition of Fiorini’s composition.

Notwithstanding the technical difficulties presented by the score, the quintet of artistes performed with security in order to guarantee success. Even though it would take more than one performance of the work for the listener to acquaint him/herself with the broad structural elements in the score, the interpretation was engaging.

This article was published in The Sunday Times of April 6, 2003
© Allied Newspapers Ltd, 2003
 


 

It-Tensjonijiet ta’ Żmienna

Sergio Grech

(Kittieb)

 

Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed tafferma ruħha l-importanza li l-letteratura għandha f'pajjiż; xi ħaġa li dejjem tqieset periferali. Fil-waqt li l-letteratura ma tkejjilx il-progress jew ir-rigress ekonomiku jew politiku ta' nazzjon, hi l-letteratura li qabelxejn għandha tagħti direzzjoni u analiżi. Għax il-letteratura hi iktar minn eżerċizzju prattiku li jagħti kas l-andament tas-suq jew l-opinion polls.

Il-letteratura ta' Malta m'għandhiex xi storja wiesgħa. Darba Ġużè Aquilina garr li meta hu daħal l-Universita' ma sabx il-ġganti letterarji kif kellhom il-professuri tat-Taljan jew ta' l-Ingliż. Imma għax il-letteratura hija reazzjoni għall-kwotidanjetà, it-teorija ta' Aquilina llum waqgħet u b'xi mod nistgħu nitkellmu fuq il-letteratura Maltija - letteratura li hi ħajja u dinamika. Letteratura li tbaqbaq anki jekk ġieli saret l-akkuża li llum għadha ma telgħetx ġenerazzjoni li tisfida l-kontenut tal-kittieba tas-sittinijiet u toħloq diskors ġdid u għal kollox differenti. Anki jekk din il-kritika tista' tiġi ġustifikata jekk taraha minn diversi angoli, ma jistax jinqabeż il-kontribut ta' ċelloli importanti bħal Inizjamed.

Inizjamed qed tirsisti favur diskors letterarju ġdid. Favur kitba kontemporanja. Dan l-eżerċizzju jinvolvi l-kollaborazzjoni ta' diversi kittieba ta' etaijiet varji u artisti minn kampijiet oħrajn bħall-mużika u l-pittura. Esperjenza minn dawn kienet Bliet u Miti li l-konklużjoni tagħha ġiet ippreżentata f'Marzu li għadda fil-Kavallier ta' San Ġakbu; lokal li suppost kellu jġib ħafna kreattività fil-kamp kulturali lokali!

Mill-idea ħarġet pubblikazzjoni f'kull belt hemm kantuniera. Il-pubblikazzjoni tinvolvi xi papers li ġew ippreżentati matul il-proġett u xogħol letterarju li f'partijiet minnu ma jilgħabx ma’ l-iskemi li ndraw bl-amment. Il-metafori qegħdin jinbidlu anki jekk b'pass ta' nemlu u qed isiru attwali minkejja li fl-aħħar Premju Letterarju ingħadd li l-awturi Maltin għadhom jissellfu l-metafori tas-sittinijiet. Stanley Borg hu eżempju ta' dan. Il-poeżija tiegħu li tislef l-isem lill-pubblikazzjoni ta' Inizjamed hi eżempju klassiku ta' dan. Il-metafori mhumiex iżjed kontinwazzjonijiet jew riproduzzjonijiet bi ftit irtokk.

 

Inizjamed ġabar miegħu grupp ta' kittieba nisa. Fost dawn, biex insemmu kampjun jew tnejn, hemm Maria Grech Ganado li kulħadd jaf il-pinna tagħha kemm għandha wisa’ ta' sitwazzjonijiet, burdati u emozzjonijiet, u Clare Azzopardi, li qed taħdem fuq il-ġeneru ta' l-istorja. Azzopardi tuża lingwaġġ mit-triq. Kważi kważi l-kliem tiġbru minn ħalq dawk li jgħaddu minn ħdejha. Il-lista tinkludi lil Claudia Fiorini, Priscilla Cassar u Simone Inguanez, li bil-varjetà tagħhom qed jagħnu mergħa. Finalment qed tinbet ġenerazzjoni femminili li ma tibżax tartikola; element viżibbli ħafna f'Inguanez u Fiorini.

Il-letteratura żagħżugħa llum hi ħajja. Ma nafx hix attività daqs tas-sittinijiet. Imma xi ħaġa qed tgħid. Żgur li trid tirreġistra t-tensjonijiet taż-żmien li qed ngħixu fih.

 


 

Kantunieri u Solitudni

Joyce Guillaimier

 

Fil-25 u s-26 ta' Marzu, ittellgħu żewġ serati minn Inizjamed fil-Music Room tal-Kavallier ta' San Ġakbu. Dawn kienu żewġ serati ta’ mużika ispirata minn xogħlijiet letterarji ta’ Bernard Cauchi, Clare Azzopardi, Claudia Fiorini, Norbert Bugeja, Maria Grech Ganado, Priscilla Cassar, Stanley Borg u Simone Inguanez.

 

L-ewwel tliet kittieba pprovdew xogħlijiet li nqraw b’ħila minn Marcelle Teuma u Toni Attard, żewg atturi żgħażagħ li jirrappreżentaw il-fergħa ġdida u kontemporanja li dieħla bil-qajla fix-xena lokali - bla kantunieri, mingħajr ebda attentat biex taħbi, tnaqqas jew tbiddel l-impatt ta’ sitwazzjonijiet, djalogu u relazzjonijiet li jistgħu jaħsdu. Ix-xogħlijiet li nqraw kienu “Kieku Kont Hi” ta’ Bernard Cauchi u “Taħt l-Inċirata ta’ Clare Azzopardi u Claudia Fiorini.

 

Wara kien imiss lil “Solitudni fil-Belt”, xogħol għal narratur, mezzo-soprano, violin/vjola, klarinett/klarinett baxx, u pjanu, kompożizzjoni ġdida fjamanta ta' Karl Fiorini, kompożitur żagħżugħ Malti li għad għandu biss 23 sena.

 

Ix-xogħol, maqsum f'disa' partijiet, kien ispirat mill-poeżiji li jirriflettu aspetti varji tal-ħajja ta' madwarna, iżda li fihom tippredomina t-tema tas-solitudni. Kont nippreferi kieku kelli l-kliem tal-poeżiji għax kont inkun nista' nsegwi aħjar il-burdati

differenti li twasslu f’sensiela ta' kuntrasti mużikali.

 

Dawn ma kinux biss fir-ritrnu u l-pass, imma anke fl-użu ta' passaġġi tonali u oħrajn atonali. ll-kompożitur esplora fis-sħiħ l-użu ta’ timbri differenti, anke billi uża l-vuċi umana bħala strument ieħor. Ammirajt ħafna lil Marcelle Teuma (fir-ritratt) li tidher li għamlet ħafna xogħol mal-mużiċisti, u kien hemm affjatament tajjeb bejniethom. Il-vuċi umana kienet użata wkoll bil-kant tal-mezzo-soprano Claire Massa, li ma kellhiex xi linja melodika ħafifa xi ssegwi, iżda bħal dejjem tat l-aħjar tagħha.

 

Il-mużika, li espremiet il-ħsibijiet tal-poeti, u anke stili u ġeneri mużikali differenti, hi rnibnija fuq sistema ta' riflessi, b'partijiet li jiġu ripetuti f'sezzjonijiet oħrajn. B’hekk jagħmilha eħfef għal min ikun qed jisma' li jidentifika siltiet, temi u frażijiet, partikolarment jekk ikun qed jisimgħu għall-ewwel darba.

 

Karl Fiorini, li tana xogħol innovattiv, iżda fl-istess ħin imsensel fuq il-mużika qadima tar-reġjun Mediterranju, kellu grupp ta’ mużiċisti intelliġenti u ddedikati li kienu jinkludu lil Caroline Calleja, pjanu, Sarah Spiteri, vjolin/vjola, Godfrey Mifsud klarinett/klarinett baxx, u s’intendi Claire Massa, mezzo-soprano.

 

L-okkażjoni ttellgħet minn Inizjamed, imħeġġa minn Adrian Grima, l-ideatur wara din l-organizzazzjoni kulturali Maltija maħsuba biex iġġedded l-espressjoni artistika fid-diversità kollha tagħha.

 

It-Torċa – L-20 ta'April, 2003

 


 

Kif ġie integrat kollox

Simone Inguanez

 

Ħadt gost ħafna bir-riżultati li kellna fir-rappreżentazzjonijiet - il-kitbiet, l-atturi,
il-kompożizzjonijiet, il-mużiċisti, is-sopran, l-arti viżiva, il-ktieb u
l-programm, il-fotografija, id-disinn ... il-mod kif ġie integrat kollox.
 


 

Era Solo un Happening?

Simone Mongelli

(Perkussjonista Taljan)

 

Innanzitutto il giudizio globale è sicuramente positivo, mi sembra che complessivamente abbia funzionato. ti posso dire dei particolari che ho notato: siccome io non capivo praticamente nulla delle parole, ho fatto parecchia attenzione ad altri aspetti: il livello corporeo, la gestualità, la musica, il "montaggio". sarò più sincero che posso.

 

La Musica

 

Per quanto riguarda la musica ho già parlato con Karl, gli ho detto che le mie uniche perplessità riguardavano l'inizio, che ho trovato un po' lento nello sviluppo, un po' statico, e poi quella citazione di swing in mezzo, che mi sembrava un po' troppo "glam", un cambio di stile sicuramente legato alle parole, ma un po' troppo parodistico. sembrava citazione di un mondo che in realtà il compositore non conosce, o un utilizzo di un sottogenere di jazz in un contesto colto-contemporaneo, come a dire che il jazz è adatto solo alle cose banali, quando la musica colta non può abbassarsi al livello di un testo volgare. Non era meglio citare Offenbach, o Lehar, o certo Strauss, se si voleva dare un effetto di "già sentito e risentito, banale, volgare"...?
 

Gli Attori


Gli attori: perchè con i fogli in mano?? Se volete usare degli attori perchè chi scrive non è in grado di recitare, allora vuol dire che siete interessati alla componente "teatrale", ma un attore con le mani impegnate e gli occhi che scorrono su di un foglio funziona a metà, o forse meno... so che non volete far recitare i testi a memoria, non è un play teatrale, ma direi che un bel leggìo potrebbe slegare almeno le mani degli attori, facendo guadagnare in comunicatività!


Sinceramente: Toni mi è piaciuto molto, Marcelle non molto - nel senso che, senza capire le parole e concentrandomi su altri tipi di espressività, ho notato che usava toni e modi molto simili tra di loro, soprattutto la voce e la dinamica. questo soprattutto durante la parte musicale: senza musica, non capendo le parole, non riconoscevo il contesto del suo agire, sembrava che stesse parlando più o meno sempre della stessa cosa. Ma con la musica la distanza tra la sua azione e il contesto mi è risultata molto più evidente: non l'ho vista capire le diverse atmosfere e soprattutto le diverse dinamiche (piano e forte) della musica. Ai miei occhi, concentrati sulla dimensione acustico-visivo-allusiva, e non sull'aspetto semantico, pareva abbastanza evidentemente fuori contesto, "sopra le righe"...
 

Il Significato Ultimo

 

Soprattutto: qual era il significato ultimo della performance? Cioè, artisticamente, qual è il progetto? C'è un progetto, di cui questa performance poteva essere vista come una fase? Qual è la sperimentazione che si vuole portare avanti? Cosa vi ha suggerito questa performance sulla strada da seguire? C'è stata una riflessione su questi aspetti prima? Sinceramente l'impressione era che fosse una cosa un po' fine a se stessa, estemporanea, singola, un evento unico, preparato per quel giorno e basta.
 

Questa è la cosa che mi è dispiaciuta di più, perchè le altre cose sono dettagli su cui si può lavorare, ma la cosa che non ho visto (forse per errore mio, non so...) è il progetto che stava alla base della performance. A cosa sta lavorando Inizjamed, cosa vuole fare, o meglio, intorno a cosa vuole sperimentare? musica + poesia? o questo era solo un happening? In fondo poesia e musica insieme si sono già viste in moltissime forme, voi volete fare qualcosa di nuovo? oppure vi interessa solo scrivere e stavolta c'è stato il "contorno" della musica? scusami per tutte queste domande, ma le risposte non erano chiare alla vista. come si inseriscono i singoli contributi in un progetto di gruppo? insomma, hai capito cosa intendo...


Spero che queste osservazioni ti siano utili e spero di non essere stato troppo cattivo con qualcuno... ma mi volevi sincero, no?

 


 

Kien Hemm Mumenti Li Għoġbuni Ħafna

Renzo Spiteri

(Perkussjonista)

 

Il-qari kien tajjeb ħafna. Xtaqt ħafna illi konna fir-Teatru (tond), però naf illi din ħaġa li wieħed mhux dejjem ikollu kontoll fuqha.

 

Il-biċċa ta Karl, "Solitudni fil-Belt", ħsibt ħafna fuqha. Tkellimt ftit ma Karl wara li spiċċa kollox però ma ħassejtx illi kelli nelabora wisq dak il-ħin, kemm għax ma kienx il-waqt, kif ukoll għax kien ikun prematur min-naħa tiegħi. Kien hemm mumenti li lili għoġbuni ħafna; kien hemm mumenti li ddisturbawni. Ħadt gost meta vera ħassejt li kien hemm fusion tajba bejn il-kelma u il-mużika. Dawn kienu mumenti meta l-kliem ma kellux għalfejn 'jisforza' ruħu biex isib postu qalb in-noti mużikali. Kien hemm bilanċ, kien hemm l-enerġija meħtieġa biex dawn l-elementi jintrabtu flimkien.


Ħassejtni disturbat meta kelli ngħarrex sew biex nifhem x'inhu jingħad għax ħassejt li l-mużika ħadet over wisq. U din mhix kwistjoni ta' microphone għal Marcelle Teuma u Claire Massa biex jinħoloq il-bilanċ ġust; hija kwistjoni ta' texture mużikali li kellha fejn tkun iktar kompatibbli mal-kelma. Ħassejt ukoll li l-parti ta' Claire mhux dejjem kienet daqshekk effettiva u d-'diction' mhux daqshekk ċara. Naħseb li kien ikun isbaħ kieku ffukat iżjed fuq il-ħoss ("Malti", jekk irridu nsejħulu hekk) milli t-teknika per se tal-kant liriku (operatic). Però l-effett tal-vuċi bħala strument ieħor kien effettiv u l-preċiżjoni tal-parti li kellhom Marcelle u Claire flimkien kienet tajba ħafna.

Għoġobni wkoll l-element ta' "sorpriża"... per eżempju, fil-parti "jazzy", Karl irnexxielu joħloq effett veru sabiħ ta' partijiet maqsumin bejn il-klarinett, il-pjanu u l-vjolin, u r-ritmu mgħaġġel tal-versi ta' Marcelle. Il-parti kellha feeling jazzy mhux għax qalbet f'biċċa jazz. Bħalma qalli tajjeb ħafna Karl wara, kienet iżjed logħob ta' linji strumentali li jidħlu f'xulxin, b'ritmi sinkopati u eżegwiti tajjeb ħafna. Il-kuntatt, anki jekk b'ħarsa ħafifa, kien importanti u ħadem ħafna.

Prosit mistħoqq lil kulħadd, inklużi l-awturi ovvjament. Naħseb li kienet okkażjoni speċjali għax f'din is-serata kien hemm affarijiet li seħħew għall-ewwel darba. Grazzi lil kull min ta sehmu għal dan kollu.

 


 

Din Riċetta Bnina

Tony Cassar Darien

  

Rajt il-produzzjoni “f’kull belt hemm kantuniera” l-Erbgħa, 26 ta’ Marzu. Tassew ħadt pjaċir. Nifirħilkom.

 

Xi osservazzjonijiet għall-quddiem.

 

a) Inkwetani l-bilanċ fil-assjem tal-ħoss. Naħseb li aħjar kien hemm surmast imexxi. Kieku l-bilanċ aħjar, naħseb illi ma kinux jintilfu noti, l-aktar dawk sottili.

 

b) Xtaqt aktar għaqda u twaħħid fl-ilħna tal-kantanta/narratriċi biex inħossu li waħda hija estensjoni ta' l-oħra u viċi-versa.

 

ċ) xi forma ta' perkussjoni, barra li kienet tgħin fid-drammatiċità, kienet tħalli l-klarinett aktar liberu biex jgħin jikkrea aktar il-ħolqien ta' atmosfera.

 

Inħoss li kien hemm ħtieġa ta' aktar provi biex l-affjatament ikun jinħass raffinat.

 

Mill-bqija: Din riċetta bnina. Din hija l'in thing. Dan hu l-mod kif tikkomunika llum.

 

Prosit ... mingħajr kantunieri...

 


 

Produzzjoni Professjonali

Martin Borg

(artist)

 

“f’kull belt hemm kantuniera” kienet produzzjoni professjonali għall-aħħar u oriġinali immens. Għalkemm ma nifhimx fil-mużika, naħseb li l-kompożizzjoni kienet ibbażata fuq improvizzazzjonijiet li jaħsdu lill-pubbliku u li għenu għad-drammatiċità tat-tema. Bħala kwalità ta' kitba naħseb li l-kittieba fi ħdan l-Inizjamed għamlu qabżiet enormi fil-mod kif jittrattaw tema; hi x'inhi t-tema. Għalkemm ma attendejtx il-workshops, jien naħseb li issa qed taħsdu l-frott tagħhom.
 


 

Fusion of music and literature

Inizjamed, St James Cavalier

 

Albert G. Storace

(Music Critic)

 

A talented team of young people put together an entertaining and thought-provoking evening in the Music Room at St James Cavalier during midweek. Actually, there were two performances, and I attended the second.

 

Members of Inizjamed coordinate a number of cultural projects which are open to participation by anybody interested. This particular one put together music and readings of works specially written and composed on a theme, which is not as "new" as some would think: the loneliness and alienation which urban civilisation brings in its wake.

 

I was reminded of Violetta's outburst in La Traviata, when she considers herself "...lost and alone in the inhabited desert which they call Paris".

 

The project's theme, "f'kull belt hemm kantuniera", is rather difficult to translate into a full projection of the connotations it implies. The street corner(s) where gossip abounds and spreads, where malice and innuendo hold sway, where people are trapped within and without themselves. Brash liveliness, coarse observations and humour, irony and make-believe. This and more was evoked and spoken out in a number of readings.

 

It began with Marcelle Teuma's reading, with great verve, of Bernard Cauchi's "Kieku Kont Hi". It had a realism which set the tone for the rest of the readings.

 

It was followed by "Taћt l-Inċirata", part prose by Clare Azzopardi and part poetry by Claudia Fiorini. The readers were Marcelle Teuma and Toni Attard.

 

Next, Karl Fiorini's new composition Solitudni fil-Belt was performed by an ensemble consisting of Caroline Calleja (piano), Sarah Spiteri (violin and viola), Godfrey Mifsud (clarinet and bass clarinet), mezzo-soprano Claire Massa and narrator (Marcelle Teuma).

 

Contributors to the text were Norbert Bugeja with "Café Jubilee, Ritratt", Maria Grech Ganado with "Sqaq nru. 2"; Priscilla Cassar with "Erwieћ"; Claudia Fiorini with "Gћadajjar fil-Belt"; Stanley Borg with "Bejn Ħajja u Mewt" and Simone Inguanez with "Sqaq nru.1".

 

The biting realism, often expressed in "popular" street language, as well as the other moods expressed in words narrated and verses sung, were well reflected in this challenging and very stimulating composition. Made up of nine sections, it evidently creates sharp contrasts yet there is a structural cohesion, balance and unity which makes the music all the more effective.

 

One should think that nobody present left the Music Room unaffected by the whole performance.

 

The Times, 29th March 2003

http://lifestyle.timesofmalta.com/article.php?id=1041

© Allied Newspapers Ltd, 2003

 


Vuċijiet Elokwenti

Lydia Zammit

(għalliema u xandara)

 

Qajla nista’ nkun ta' għajnuna biex ngħinkom tirfinaw. L-ewwelnett, intom artisti b'impenn kbir u jekk xi ħadd jista' jgħin huma l-vuċijiet ġewwenija ta' l-artist innifsu. Ftit li xejn nemmen fil-kritiċi. Biex tkun kritiku tajjeb trid tkun artista tajjeb ukoll!

 

U la semmejna l-vuċijiet, ma taqbilx miegħi li Karl Fiorini rnexxielu jifhem u jittraskrivi l-istorja twila u mqanqla mhux biss ta' Belt, ta' ċiviltà xiħa għakka u fl-istess ħin żagħżugħa u kontemporanja? Niftakar f'Orlando (ta' Virginia Woolf) u l-pjanu f'ħin minnhom jixbah lil dak ta' Ustvolskaya. Imma kif qal Pizarro, meta stil ifakkrek f'ieħor dan għax l-artisti jkunu qed jilħqu l-għan tagħhom - li joqorbu u jqarrbuna lejn il-verità. Il-vuċijiet fil-Belt ta' Karl jistkennu u jitrawmu l-istess kif jagħmlu l-vuċijiet fis-solitudni elokwenti li jgħix fiha l-artist. Ippruvawh fi spazju akbar dan l-istess xogħol u naħseb tiskopru potenzjal ġdid ta' interpretazzjoni. (Ritratt hawn fuq ta' Alexandra Pace)

 


Frans u l-Persjana Ħamra

Claire Zerafa

(għalliema)

 

Rajt il-produzzjoni “f’kull belt hemm kantuniera” fl-ewwel serata. Kont naf li kelli nara u nisma’ biċċa xogħol artistika differenti minn tas-soltu iżda ma kontx naf eżattament x’qed nistenna. Poġġejt u stennejt b’kurżita’. Ħassejt li l-introduzzjoni ta’ Norbert wriet li kien hemm diffikultà dwar kif ser ikun il-bidu ta’ din il-produzzjoni. Filfatt kelli ġenn sabiex jispiċċa dak li kellu jgħid ħa nara s-serata.

L-ewwel storja ta’ Bernard għoġbitni immens. Marcelle rnexxielha ddaħħalni fl-istorja għax tatha kulur u għamlitha ħajja. Stajt faċilment nara lil Frans u l-persjana ħamra ta’ kamritha. Ħassejt it-tema tal-belt - it-triq bit-taraġ, in-nies, is-suq u s-solitudni. It-tieni kitba ta’ Clare u Claudia laqtitni wkoll. Naturalment ma nistax ma nikkumentax dwar kemm togħġobni l-kitba ta’ Clare. F’kull storja li smajt kien hemm ritmu, dettal u ġġiegħel lis-semmiegħ jew qarrej jidħol fl-istorja u jempatizza mal-karattri. F’kull lejla li torganizza Inizjamed dejjem immur bit-tama li nsib xi biċċa xogħol tagħha. L-esperiment li għaqqdu l-proża mal-poeżija kien wieħed interessanti. Iżda jkolli nsemmi d-diżappunt tiegħi meta smajt lil Toni jaqra. Naħseb li dan l-attur normalment jitkellem bl-Ingliż u l-Malti tiegħu m’għoġobni xejn.

Il-biċċa xogħol mużikali ta’ Karl għoġbitni wkoll. Naturalment jien ma nifhimx fil-mużika iżda ħallejt lil din it-taħlita ta’ mużika u letteratura jdaħħluni f’atmosfera ta’ belt bit-toroq u sqaqien. Il-mużika fil-bidu daħħlitni f’atmosfera ta’ solitudni. Ħadt gost ħafna nisma’ ‘Bejn Ħajja u Mewt’ ta’ Stanley Borg għax biddlitli l-burdata li ntfajt fiha fl-ewwel biċċa.

Naħseb li l-konklużjoni jew għeluq wkoll kien xi ftit dgħajjef. L-udjenza lanqas biss indunat li s-serata spiċċat. Kulħadd baqa’ bilqiegħda u kellu jqum Karl biex in-nies jirrealizzaw li s-serata ntemmet.

“F’kull belt hemm kantuniera’ kienet produzzjoni fejn ir-riżultat kien suċċess. Ħadt gost bin-numru ta’ kittieba nisa li ħadu sehem f’dan il-proġett u l-idea li tgħaqqdu d-dixxiplina tal-mużika ma’ dik tal-letteratura għoġbitni ħafna. Nittama li jsiru proġetti oħra fejn tkunu aktar innovattivi. Suġġeriment li nixtieq ngħaddi huwa li tkun idea tajba li kieku xi darba tagħmlu xi ħaġa teatrali bil-kitbiet. B’hekk ikollkom mużika, letteratura u moviment f’produzzjoni waħda u sħIħa. Żgur li xi ħaġa hekk tinżilli għasel!

 

Prosit għal darb’oħra u nammira x-xogħol tagħkom fil-qasam ta’ l-arti!

 

Għall-Ewwel Paġna | Back to the First Page

 
1 1