Marcelle Teuma

 Marcelle Teuma (tw. 1966) studjat it-teatru, il-filosofija u l-edukazzjoni fl-Universitŕ ta' Malta. Għallmet fi skola primarja statali għal erba' snin u mbagħad bdiet tgħallem id-drama fl-iskejjel primarji ta' l-Istat, fiċ-Ċentru tad-Drama Mikelanġ Borg u Stagecoach Theatre Arts School. Għandha diploma fir-reċtar mill-MTADA u ċertifikat mill-Webber Douglas Academy of Dramatic Art (London, 1990), u ħadet sehem f’għadd ta' rappreżentazzjonijiet teatrali, fosthom Ir-Rewwixta tal-Patalott (1997). F’Mejju ta’ l-2001 iddereġiet id-dramm In-Nisa ta’ Trojja li ttella’ f’Malta u Sirakuża. 

Hija membru tal-grupp li jikkoordina l-attivitajiet ta' Inizjamed u rrappreżentat lil Inizjamed f’laqgħat importanti ta’ l-Għaqda Internazzjonali li tmexxi l-Bjennali ta’ l-Artisti Żgħażagħ mill-Ewropa u mill-Mediterran li saru f’Barċellona u f’Ruma. Mexxiet il-grupp ta’ Inizjamed li ħa sehem fil-Bjennali ta’ Sarajevo f’Lulju 2001.


Marcelle Teuma (Kitbiet mill-Mediterran, Lulju, 2000)

 

Lura lejn l-Ewwel Paġna