Walter Micallef Iniedi l-Ewwel CD Album
   
 

Nhar il-Ħamis, 27 ta' Frar, fit-8.00 ta' filgħaxija f’Sala Erin Serracino Inglott, l-Universita ta' Malta, Walter Micallef se jniedi s-cd album tiegħu M’Jien Xejn. Kulħadd huwa mistieden.

 

Ma' Walter Micallef se jdoqqu Renzo Spiteri (fir-ritratt, lemin), fuq il-perkussjoni, Pawlu Camilleri l-Bibi fuq l-armonika u Jesmond Psaila fuq il-kitarra.  Dan ix-xogħol huwa l-ewwel wiehed ta' Micallef, u jiġi wara tletin sena ta' kitba u interpretazzjoni. Il-hmistax-il silta f'M'Jien Xejn huma kollha oriġinali u bil-Malti.

 


 

Skiet Skomdu

 

Nei testi di canzone sembra si sia concentrata tutta la poesia possibile nel nostro tempo, come se essa vi esalasse l’ultimo o il penultimo respiro. D’altra parte il testo di canzone č un corpo sonoro, inscindibile dalla musica che gli č toccata in sorte.” Manlio Sgalambro (Teoria della Canzone, Bompiani, 1997)

 

F’kantawtur ta’ kwalitŕ li jagħżel il-kliem u s-silenzju b’ħila u b’reqqa, l-isem ta’ l-ewwel ġabra ta’ kanzunetti fi tletin sena ta’ kitba aktarx huwa stqarrija importanti. “M’Jien Xejn” huwa mnebbaħ mill-isem ta’ kanzunetta ta’ mħabba lejn pajjiżu, iżda fl-istqarrija dwar ix-xejn tiegħu hemm ukoll ammissjoni matura ta’ dgħjufija fi bniedem li jirrakkonta kemm-il darba l-fallimenti tiegħu u tal-poplu Malti.

 

Walter Micallef huwa kantawtur sinċier li kapaċi jirrakkonta l-esperjenzi, kultant ibsin u intimi, u jissublimahom, mingħajr ma jibbanalizzahom; jirnexxilu jesprimi l-ħsus u l-ħsibijiet ta’ nies ta’ etajiet u esperjenzi differenti. Imma l-kwalitŕ li tagħmlu kantawtur ewlieni u pjuttost rari f’pajjiżna mhix is-sinċeritŕ imma l-ħila li jinqeda bil-kelma biex jirrakkonta l-ħajja mill-ġdid. Micallef kapaċi jfisser l-affarijiet b’mod li jibdew jeżistu, kif jgħid Luis Sepúlveda, “skond il-piż veru tagħhom”. Bħall-poeti, il-kantawturi huma artisti tal-kliem, tas-silenzji bejn il-kliem, tal-possibbiltajiet lilhinn; u Walter jirnexxilu jgħid dak li aħna nħossu u li ma jirnexxilniex nartikulaw bil-mod sabiħ tiegħu.

 

F’“Tihom Widen” il-kantawtur jirrifletti fuq ir-rwol tiegħu bħala narratur tiegħu nnifsu u ta’ niesu. Il-fil soċjali li jinħass fl-għanjiet tiegħu mhuwiex libsa komda jew moda imma r-riżultat tal-ħtieġa li jħoss li jitkellem dwar dak li jinkwetah. “Sieħbi fil-Cupboard tal-Kċina” u “In-Nofsinhar” huma tnejn mill-aħjar eżempji ta’ din is-sensibbiltŕ personali-soċjali. Bħall-awtur ideali ta’ Sepúlveda, il-kantawtur “jinsab fil-ħajja”, u jgħid dak li jgħid mhux biss għax jarah, bħala osservatur maqtugħ, imma għax iġarrbu hu u, permezz tal-ġenju ta’ l-arti, jagħtina l-opportunitŕ li nġarrbuh miegħu.

 

Il-kantawturi huma mużiċisti tal-kliem; jirnexxilhom isaħħru u jinftiehmu fl-istess ħin għax f’kull kelma jaraw potenzjal artistiku u l-ħila li jmorru lilhinn.

 

F’idejn artisti bħal Walter Micallef, kull kelma għandha sehem x’tagħti, ġejja minn fejn ġejja, jużaha min jużaha, jgħidu x’jgħidu fuqha. U f’idejn l-udjenza hemm is-skiet skomdu u l-mistrieħ ta’ wara l-kliem.

 

© Adrian Grima

Frar 2003

 
 

Ara wkoll dawn l-artikli:

 

Rosanne Zammit, "Songwriter takes leap into recording CD", The Times, 5 April, 2003 http://lifestyle.timesofmalta.com/article.php?id=1050

 

Miriam Dunn, “Words with Meaning”, Malta Today, Sunday, 23 March, 2001  http://www.maltatoday.com.mt/2001/0323/people.html

 

Ramona Depares, "The third degree with Walter Micallef", Malta Today, Sunday, 16 February, 2003

http://www.maltatoday.com.mt/2003/02/16/tw/index.html

 

Stanley Borg, “The Chords of Justice”, The Times, 18 January, 2003 http://lifestyle.timesofmalta.com/article.php?id=782

 

Adrian Grima, “Uncomfortable Silence http://www.geocities.com/inizjamed/walter_micallef_cd_eng.htm

 

Steve Borg, “Walter Micallef - L-Ikona tal-Ħajja”, (1 March, 2002)

http://www.my-malta.com//interesting/WalterMicallef.html

 

 

Adrian Grima

Is-17 ta' April, 2003

 
 
 

Għall-Ewwel Paġna  |  Back to the English Page