Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed

Għall-istampa

Awturi mill-aqwa għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta

Il-Ħamis 29 | Il-Ġimgħa 30 | Is-Sibt 31 ta’ Awwissu 2013

Msida Bastion Historic Garden, IL-FURJANA – 8.00pm

It-tmien edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed se ssir nhar il-Ħamis 29, il-Ġimgħa 30 u s-Sibt 31 ta’ Awwissu 2013 fil-ġnien magħruf bħala Msida Bastion Historic Garden, il-FURJANA. Id-dħul huwa b’xejn. Ikun hemm mejda bil-kotba tal-awturi, u ikel u xorb għall-bejgħ. Il-qari jkun b’għadd ta’ lingwi imma l-iktar bil-Malti u bl-Ingliż, fosthom l-intervisti mal-kittieba.

Se jieħdu sehem il-kittieba Angela Bonanno (Sqallija), Tsead Bruinja (l-Olanda), Maria Grech Ganado, Khaled Khalifa (is-Sirja), Mazen Maarouf (il-Palestina/l-Iżlanda), Nikola Madzirov (il-Maċedonja, FYROM), Immanuel Mifsud, Denisa Mirena Pişcu (ir-Rumanija), Monique Roffey (Trindidad/ir-Renju Unit), Karl Schembri (Malta/Gaża), u Fahredin Shehu (Kosova).

Fit-tliet lejliet se jintwerew films qosra minn Reel Festivals li se jiġu ppreżentati minn Caldon Mercieca. Il-kitarrist Jes Psaila, id-drummer Michael Galea, il-kantant u mużiċista Justin Galea, u l-poeta Tsead Bruinja se jdoqqu flimkien il-Ħamis u l-Ġimgħa waqt li s-Sibt se jdoqq id-duo ta’ mużika jazz magħmul minn Joe Debono fuq il-pjanu u Manuel Pulis fuq id-drums.

Fil-festival ta’ din is-sena se jitnieda l-ktieb Klijenti Antipatiċi u Kapuċċini Kesħin, ġabra ta’ novelli minn awturi internazzjonali li ħadu sehem fil-festival tradotti għall-Malti minn kittieba ewlenin u miġburin minn Clare Azzopardi u Albert Gatt, b’disinn tal-artist Pierre Portelli. Se jinbiegħ ukoll ktieb ieħor ippubblikat din is-sena minn Inizjamed, Għaraq Xort’Oħra, b’ġabra ta’ poeżiji gay ta’ Brane Mozetic u novelli lesbjani ta’ Suzana Tratnik maqlubin għall-Malti minn awturi ewlenin. Il-ktieb ġie editjat minn Clare Azzopardi u Albert Gatt u ddisinjat minn Marco Scerri.

L-edizzjoni tal-2013 tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta u l-laboratorju tat-traduzzjoni qed jittellgħu minn Inizjamed bl-għajnuna ta’ Din l-Art Ħelwa, il-British Council, Middlesea Insurance, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Reel Festivals, u l-Culture Programme Success Scheme mmexxi mill-Cultural Contact Point ta’ Malta.

Għal tagħrif dettaljat ara s-sit www.inizjamed.org, il-paġna tal-festival fuq Facebook, jew ikteb lil inizjamed@maltaforum.org.

Leave a Reply

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.