Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed

Inizjamed

English version below.

inizjamed-3new_kbir

Inizjamed hija organizzazzjoni kulturali mediterranja (irreġistrata bħala Għaqda Volontarja f’Malta, VO/0355) li twaqqfet fl-1998 bil-għan li tmexxi proġetti kulturali u artistiċi fuq livell lokali u internazzjonali. Inizjamed tfittex li ġġedded l-espressjoni artistika f’Malta fid-dawl ta’ għarfien aħjar tal-varjetà kulturali li teżisti f’pajjiżna, fir-reġjun tal-Mediterran u lilhinn. F’dan il-kuntest, “il-kultura” tirreferi ghall-iżvilupp artistiku u intellettwali u b’mod partikulari dawk l-affarijiet li jinsġu flimkien l-eżistenza tagħna u jgħinuna biex nagħtuha skop.

LAF logo 2013

Uħud mill-inizjattivi ta’ Inizjamed huma marbutin mal-kitba kreattiva bil-Malti, fosthom l-organizzazzjoni ta’ workshops ma’ awturi magħrufin u festivals tal-letteratura, iżda dejjem ikun hemm interazzjoni ma’ forom oħra ta’ l-arti, bħat-teatru, il-mużika u l-arti viżiva. Isiru wkoll ħafna proġetti f’oqsma artistiċi u kulturali oħrajn.

Inizjamed ilha torganizza l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta bi sħab ma’ Literature Across Frontiers sa mill-2006.


Inizjamed

Inizjamed is a registered voluntary non-governmental cultural organization founded in 1998 in Malta that is committed towards the regeneration of culture and artistic expression in the Maltese Islands and actively promotes a greater awareness of the cultures of the Mediterranean. Inizjamed is a secular, non-partisan organization that acknowledges that every generation must seek to create its own language and both respond to realities of its day and look beyond them.

Inizjamed has been organizing the Malta Mediterranean Literature Festival in collaboration with Literature Across Frontiers since 2006.


Leave a Reply

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.