Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-XV-il Djalogu Ewro-Mediterranju tar-Rotta tal-Feniċi f’Porec, il-Kroazja

Inizjamed u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-XV-il Djalogu Ewro-Mediterranju tar-Rotta tal-Feniċi f’Porec, il-Kroazja

Rotta 2022 1024x768 Crop
Ir-rappreżentanti minn 15-il pajjiż, li ħadu sehem fid-Djalogu Ewro-Mediterranju.

Bejn l-20 u t-22 t’Ottubru 2022 Inizjamed ingħaqdet ma’ sħab mill-15-il pajjiż membru tar-Rotta tal-Feniċi biex tieħu sehem fil-XV-il Djalogu Ewro-Mediterranju f’Porec, magħrufa wkoll bħala Parenzo fil-lingwa Taljana, fil-peniżola tal-Istrija, mal-kosta Adrijatika tal-Kroazja. Inizjamed kienet irrappreżentata mill-membru tal-kumitat xjentifiku Dr Karsten Xuereb, li kien akkumpanjat mid-delegata tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Naomi Galea, li hija l-maniġer kulturali għar-reġjun tal-Punent. Matul il-laqgħa ngħata rendikont tas-sena ħidma li għaddiet u ġew iffinalizzati l-pjanijiet għaċ-ċelebrazzjoni ta’ għeluq l-għoxrin sena mit-twaqqif tar-Rotta fl-2023 bħala rotta ta’ eċċellenza fit-turiżmu kulturali mill-Kunsill tal-Ewropa.

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.