Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2024
28-31 t’Awwissu
Werrej tad-dati u l-avvenimenti
Dati f’Awwissu | Ħinijiet | Postijiet | Avvenimenti |
L-Erbgħa 28 | 16:00 | Valletta Design Cluster | Masterclass ma’ Malika Booker |
L-Erbgħa 28 | 19:30 | Valletta Design Cluster | Palk Ħieles |
Il-Ġimgħa 30 | 19:00 | Il-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid | Laqgħa ma’ Claudio Beorchia | L-Ewwel Lejla |
Is-Sibt 31 | 20:00 | Il-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid | It-Tieni Lejla |
Introduzzjoni
Id-dsatax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed se tittella’ mill-Erbgħa 28 sas-Sibt 31 t’Awwissu 2024. L-attivitajiet kollha se jsiru fil-Valletta Design Cluster u fil-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid.
Seba’ kittieba minn ħames pajjiżi differenti se jaqraw waqt il-Festival: David Aloisio minn Malta, Raymond Antrobus mir-Renju Unit, Malika Booker – poetessa mir-Renju Unit b’għeruq Gujaniżi u Grenadjani, Mario Cardona minn Malta, Irene Chias – rumanziera Taljana li toqgħod Malta, Josep Pedrals mill-Katalunja, u Maja Ručević mill-Kroazja.
Il-qari se jkun l-aktar bil-Malti u bl-Ingliż, imma se jinqraw ukoll xi xogħlijiet qosra bil-lingwa oriġinali.
L-esperjenza tal-Festival se tkun kompluta bil-mużika jazz ta’ The Hinge Project taħt it-tmexxija ta’ Jes Psaila, b’ikel u xorb bnin minn POPP u, fuq kollox, bi stand tal-kotba fejn jispikkaw ix-xogħlijiet tal-awturi mistiedna, fost oħrajn.
Il-Festival ta’ din is-sena qed jittella’ bl-għajnuna tal-fond ‘Investment in Cultural Organisations’ tal-Kunsill Malti għall-Arti, u bl-għajnuna tal-MCAST, tal-APS Bank u ta’ Versopolis.
L-Avvenimenti
Il-Ġimgħa 2 t’Awwissu
Ġie organizzat qari għall-anzjani ta’ San Vinċenz De Paul. Priscilla Cassar mexxiet attività fejn Mario Cardona qara xogħlijiet minn tiegħu u kien akkumpanjat mill-mużiċisti Carol Ciantar u Beatriz Tomás.
It-Tlieta 8 u l-Erbgħa 9 t’Awwissu
Ittellgħu laboratorji ta’ kitba għat-tfal ġewwa Ħ’Attard u Ħal Qormi. Dawn kienu mmexxija minn David Aloisio.
L-Erbgħa 28 t’Awwissu
Masterclass ma’ Malika Booker.
Sew jekk għandek l-esperjenza fil-kitba, sew jekk għadek qed tibda, dan hu workshop ta’ fejda. Tliet sigħat ta’ taħriġ ma’ waħda mill-aqwa poeti kontemporanji fir-Renju Unit, fuq il-poeżija awtobijografika.
Ħin: 16:00.
Post: Il-Valletta Design Cluster, il-Belt Valletta.
Prezz: €50 / €35 għall-istudenti (se jkun hemm tnaqqir u xorb).
Irriserva post minn din il-formola.
Aġġornamenti: https://www.facebook.com/events/413275928429406/
L-Erbgħa 28 t’Awwissu
Palk Ħieles multilingwi bis-sehem tal-awturi mistednin u mistednin speċjali oħrajn.
Ħin: 19:30.
Dħul b’xejn.
Post: Il-Valletta Design Cluster, il-Belt Valletta.
Ir-reġistrazzjoni biex taqraw hi mimlija, imma merħba bikom biex tiġu u tisimgħu.
Aġġornamenti: https://www.facebook.com/events/1877153312806515/
L-Iljieli fil-Kampus tal-MCAST
Dawn l-avvenimenti se jittellgħu kollha fil-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid.
Il-Ġimgħa 30 t’Awwissu
Claudio Beorchia huwa artist interdixxiplinarju Taljan li bħalissa qed jagħmel residenza artistika ma’ Spazju Kreattiv. Claudio se jitkellem dwar l-importanza tat-test fil-prattika artistika tiegħu u se jippreżenta dewqa tal-proġett li qed jaħdem fuqu Malta.
Din ir-residenza hija organizzata minn Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni mal-Valletta Design Cluster, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, u l-Ministeru għall-Għawdex, u bl-appoġġ tal-Istituto Italiano di Cultura di La Valletta.
Ħin: 19:00.
Dħul: Bil-biljett tal-festival.
Post: Il-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid.
Aġġornamenti: https://www.facebook.com/events/353629107794475/
Il-Ġimgħa 30 t’Awwissu
L-awturi li se jkunu qed jaqraw illejla huma Mario Cardona, Irene Chias, Josep Pedrals u Maja Ručević.
Matul il-lejla se nisimgħu wkoll mużika ta’ The Hinge Project mal-mużiċisti Jes Psaila, Mark Attard, Luke Briffa u André Micallef.
Se jkun hemm ikel u xorb bnin minn POPP u, fuq kollox, stand tal-kotba fejn jispikkaw ix-xogħlijiet tal-awturi mistiedna, fost oħrajn.
Ħin: 20:00.
Prezz: €5 ta’ lejla, €8 ta’ tnejn.
Post: Il-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid.
Trasport: Parkeġġ kbir u b’xejn. Faċli biex tasal b’tal-linja wkoll.
Aġġornamenti: https://www.facebook.com/events/1870289790144433/
Tfal taħt l-10 snin jidħlu b’xejn. Xi kitbiet jistgħu jkunu maħsuba għal udjenza matura.
Is-Sibt 31 t’Awwissu
L-awturi li se jaqraw illejla huma David Aloisio, Malika Booker u Raymond Antrobus.
Matul il-lejla se nisimgħu wkoll mużika ta’ The Hinge Project mal-mużiċisti Jes Psaila, Mark Attard, Luke Briffa u André Micallef.
Se jkun hemm ikel u xorb bnin minn POPP u, fuq kollox, stand tal-kotba fejn jispikkaw ix-xogħlijiet tal-awturi mistiedna, fost oħrajn.
Ħin: 20:00.
Prezz: €5 ta’ lejla, €8 ta’ tnejn.
Post: Il-Kampus tal-MCAST, Raħal Ġdid.
Trasport: Parkeġġ kbir u b’xejn. Faċli biex tasal b’tal-linja wkoll.
Aġġornamenti: https://www.facebook.com/events/1870289790144433/
Tfal taħt l-10 snin jidħlu b’xejn. Xi kitbiet jistgħu jkunu maħsuba għal udjenza matura.
L-awturi se jkunu Malta fil-ġimgħa tal-Festival u se jkunu qed jieħdu sehem fil-laboratorju tat-traduzzjoni, immexxi minn Nadia Mifsud u Keith Borg. L-awturi se jkunu qed jittraduċu x-xogħol ta’ xulxin, li mbagħad jinqara waqt l-iljieli tal-Festival.
L-edizzjoni tal-2024 tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, u l-Laboratorju tat-Traduzzjoni se jittellgħu bi sħab mal-Kunsill Malti għall-Arti u Literature Across Frontiers, u bl-għajnuna tal-MCAST, l-APS Bank u Versopolis. Il-Festival għandu l-għajnuna wkoll tal-Għaqda tal-Malti – Università, tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Valletta Design Cluster, u l-proġett Ulysses’ Shelter 3 (ikkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea).
Il-materjal viżiv u materjal promozzjonali ieħor huwa ddisinjat mill-artista Naomi Gatt.
Fuq il-kont ta’ Instagram u fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Inizjamed tistgħu tiksbu iktar informazzjoni dwar il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2024. Ċerti avvenimenti huma bla ħlas sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. Il-biljetti għall-iljieli finali tal-Festival jinkisbu minn www.showshappening.com.
Direzzjonijiet
B’tal-Linja
Jekk se tivvjaġġa min-naħa ta’ fuq ta’ Malta, il-waqfa hi Lourdes – 355. Jekk minn naħat iktar ’l isfel ta’ Malta, il-waqfa hi Lourdes – 402.
Ir-rotot li jwasslu għal dawn il-waqfiet huma:
Fiż-żewġ każijiet, l-aħjar triq bil-mixi mill-waqfiet hi dik li tgħaddi minn fuq il-pont li jaqsam it-telgħa ta’ Kordin, u tidħol minn Gate 9, id-daħla prinċipali.
Informazzjoni meħuda mis-sit u mill-app ta’ Malta Public Transport u hi kurrenti sas-17 t’Awwissu 2024. Iċċekkja is-sit u l-app għall-aħħar informazzjoni.
Bil-Karozza
L-MCAST għandha parkeġġ kbir li se jkun miftuħ mingħajr ħlas. Id-dħul hu minn Gate 4, Triq il-Baċir (fuq wara, in-naħa taż-żona industrijali).
Bit-Taxi
L-aħjar post li tieqaf hu quddiem Gate 9, id-daħla prinċipali fi Triq Kordin.