Il-Qari Mhux Attività Solitarja – Antoinette Borg Intervistata Minn Noel Tanti
Dawk li għandhom għal qalbhom il-letteratura Maltija jafu min hi Antoinette Borg. Probabbilment jafu li kienet taħdem fil-qasam finanzjarju qabel ma fl-2015, ħalliet warajha karriera t’għoxrin sena biex twettaq ħolma ta’ tfulitha: li tikteb ktieb. U jafu dan minn intervisti li għamlet qabel u wara li ħareġ Fittixni, il-frott ta’ din il-ħolma. Fittixni rebaħ il-qlub ta’ ħafna qarrejja u mmarka l-bidu ta’ karriera ġdida għal Antoinette, dik ta’ kittieba.