Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2018

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2018

 Juana Adcock (Messiku/l-Ingilterra) | Clare Azzopardi (Malta) | Massimo Barilla (l-Italja) | Aslı Erdoğan (it-Turkija) | Jean-Rémi Gandon (Franza) | Arjan Hut (l-Olanda), Laia López Manrique (Spanja) | Caldon Mercieca (Malta) | Teodor Reljić (Malta) | Philip Sciberras (Malta) | Sjón (l-Iżlanda) | Ali Thareb (l-Iraq).


Il-Ħamis 23 | Il-Ġimgħa 24 | Is-Sibt 25 ta’ Awwissu 2018, il-Forti Manoel, Manoel Island, fit-8.00pm

asli-erdogan-bykk
Aslı Erdoğan (Turkey)

fmlm 2017 żgħirIt-tlettax-il edizzjoni tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta organizzat minn Inizjamed se tittella’ l-Ħamis 23, il-Ġimgħa 24, u s-Sibt 25 ta’ Awwissu, fil-Forti Manoel f’Manoel Island, il-Gżira, fit-8.00pm, bis-sehem ta’ awturi ewlenin minn bosta pajjiżi, fosthom Juana Adcock mill-Messiku u l-Ingilterra, Laia López Manrique minn Spanja, Sjón mill-Iżlanda, Ali Thareb mill-Iraq, u Clare Azzopardi u Philip Sciberras minn Malta.

L-attivitajiet ta’ qabel il-Festival jibdew b’diskussjoni bis-sehem ta’ għadd ta’ awturi l-Ħadd 19 ta’ Awwissu. It-Tlieta 21 ta’ Awwissu se jkun hemm diskussjoni oħra u l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu se jkun hemm Palk Ħieles li fih jista’ jaqra jew ikanta kull min jixtieq.

It-13-il edizzjoni ta’ dan il-Festival indipendenti u l-laboratorju tat-traduzzjoni qed jittellgħu minn Inizjamed bl-appoġġ sħiħ tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala parti minn ftehim ta’ tliet snin magħruf bħala Cultural Agreement Partnership. Inizjamed tixtieq tirringrazzja lill-Kunsill li qed jagħti l-appoġġ tiegħu lil dan il-festival .

Il-Festival qed jikkollabora wkoll ma’ Literature Across Frontiers, il-Fondazzjoni Valletta 2018, l-Għaqda tal-Malti – Università, u l-Fondazzjoni Manoel Island. Dan il-Festival ingħata rikonoxximent internazzjonali permezz tat-timbru tal-EFFE Europe for Festivals, Festivals for Europe, u dis-sena qed jissieħeb ukoll fil-proġett Ir-Rotta tal-Feniċi tal-Kunsill tal-Ewropa.

Inizjamed minn din is-sena ssieħbet f’HELA (Hub for Excellency in the Literary Arts) – inizjattiva oħra ffinanzjata mill-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi. HELA hija fondazzjoni li qed taħdem biex il-letteratura Maltija tiġi rikonoxxuta anke barra minn Malta permezz ta’ ħidma mill-qrib bejn entitajiet lokali u barranin marbuta mal-qasam tal-ktieb.

Hemm aktar tagħrif dwar il-festival fuq il-paġna ta’ Inizjamed u l-attività “Malta Mediterranean Literature Festival 2018” fuq Facebook.

 

 


Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.