Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed

Noti

Films – Reel Festivals

Fil-festival se jintwerew tliet films b’direzzjoni ta’ Roxana Vilk li se jintroduċihom Caldon Mercieca (https://vimeo.com/album/2449178):

A Palestinian Poet in Beirut

The Confession

Road to Damascus

Dawn huma noti miktubin minn Caldon Mercieca:

L-ewwel wieħed, A Palestinian Poet in Beirut, huwa vjaġġ fil-memorja tal-poeta Palestinjan imwieled u mrobbi l-Libanu Mazen Maarouf, li se jaqra l-Ġimgħa. Fih narrattiva ċara li tista’ tiftiehem tajjeb ħafna minn udjenza żagħżugħa li għadha ma tbegħditx wisq mit-tfulija. Juri ambjent urban qawwi fih, inklużi spazji intimi u l-fdalijiet abbandunati ta’ dawn l-istess spazji. Però jasal ukoll biex jiftaħ il-perspettiva lejn pajsaġġ iktar miftuħ, inqas ingumbrat bit-toqol tal-memorji, b’mod partikolari fil-ftuħ lejn il-baħar minn xifer l-irdum. Il-poeżija tasal biex tiftaħ kemm il-bibien ġewwinija kif ukoll dawk li jagħtu għall-beraħ, mingħajr ma taħrab mill-perikli li hemm fit-tnejn.

It-tieni wieħed, The Confession, huwa wkoll vjaġġ fil-memorja, iktar kontemplattiv minn ta’ qablu. Fih il-poeta jipprova jiffaċċja l-kwistjonijiet il-kbar tal-ħajja (il-gwerra, il-mewt, il-ġustizzja) billi jikteb dwar l-azzjonijiet kwotidjani u komuni. Fih riflessjonijiet minn min għex ħajja twila (itwal minn dik tal-poeta fl-ewwel film) u b’dan il-mod joħloq bilanċ u kontrapiż poetiku bejn dak muri fl-ewwel film u dak ippreżentat fit-tieni wieħed. Kemm fil-bidu kif ukoll lejn It-tmiem tat-tieni film hemm referenza filmika għall-baħar u referenza poetika għall-ilma, ix-xita, il-mewġ, u dan huwa punt komuni bejn iż-żewġ films.

It-tielet film, Road to Damascus, li se jintwera s-Sibt, qiegħed ‘il barra mid-dinamika lineari jew ċiklika tal-ħajja (tfulija, maturità, mewt), u jidħol fil-pajsaġġ subkonxju tal-ħolm filwaqt li viżwalment idur madwar il-kunċett tal-vjaġġ sotterranju lejn destinazzjoni li ma tidher qatt u li ma tagħti ebda ħjiel jekk hux qed toqrob jew titbiegħed. Huwa l-iktar film impenjattiv, kemm fil-kunċett ippreżentat, kemm fir-rabta tiegħu mar-realtà politika u soċjali (b’poeta Sirjan li jitkellem dwar il-ħolm tiegħu u juri l-klawstrofobija tal-ħolma kerha li wieħed ma jistax jaħrab minnha u li tieħu post ir-realtà, anki jekk jagħraf li r-realtà tista’ tkun kiefra iktar mill-eqqel ħolma), kif ukoll fil-ħoss, il-vuċi li tintuża (pajsaġġ mużikali elettroniku irqiq li fuqu jinstema’ leħen li forsi qed ikellem lil xi ħadd, imma forsi huma biss il-ħsibijiet ta’ xi ħadd li minħabba l-fekwenza għolja u msoffija minn interferenzi esterni li jilħaq il-film, isiru jinstemgħu).

roxana-vilk
Roxana Vilk

Roxana Vilk is an award winning British/Iranian film and theatre director, singer and writer based in sunny Scotland. She trained in theatre in Paris, toured in theatre for a few years and then fell in love with film. She received a Masters in Fine Arts specialising in Film Directing from Edinburgh College of Art in 2009. Since then. she has made films in the UK and across the Middle East – recent works include 6 part film series called “Poets of Protest” for Al Jazeera English, a series of short films in Iraq commissioned by Reel Festivals and an hour long documentary about identity for BBC. For more about her film works & images from films please visit roxanavilk.com

Leave a Reply

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.