Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
It-tieni sena ta’ Niġru Ġrajja

It-tieni sena ta’ Niġru Ġrajja

Ritratti ta’ Priscilla Cassar u Jean Paul Borg.

Nhar it-Tlieta, is-17 ta’ Settembru, Inizjamed iċċelebrat il-frott tat-tieni sena ta’ Niġru Ġrajja, proġett imtella’ minnha stess, megħjun mill-Premju tal-President għall-Kreattività u ġestit mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti. Għal sena oħra, il-proġett ħadem ma’ demografiji differenti tas-soċjetà Maltija, u fil-jum imsemmi, Inizjamed laqqgħet lill-parteċipanti, u waqt li kienu flimkien irrakkontaw l-istejjer tagħhom lil xulxin.

Għal sena oħra, dal-proġett ta pjattaforma permezz ta’ gazzetta lil stejjer ta’ persuni  li rarament iwasslu kelmithom minkejja li jgħaddu minn ħafna u għandhom ħafna xi jgħidu. Ħafna drabi dawn il-persuni jitqiesu li jitqiesu għadhom żgħar wisq (it-tfal), jew kibru wisq (l-anzjani), jew m’ilhomx Malta wisq (l-immigranti). Imma l-pubblikazzjoni tat-tieni ħarġa tal-gazzetta bl-istess isem tal-proġett qed tagħti posterità lill-istejjer tagħhom, li nħmew waqt diversi workshops.

Inizjamed tixtieq tirringrazzja lil Priscilla Cassar, Leanne Ellul u Rita Saliba li mexxew il-workshops mal-anzjani, l-immigranti u t-tfal rispettitvament. Jan Carson, ir-rumanziera mill-Irlanda ta’ Fuq, mistiedna tal-Festival Mediterranju ta’ Malta tal-2020 kienet il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena u tat żewġ workshops lill-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul. Ħajr speċjali lit-tmexxija ta’ San Vinċenz de Paul, id-Dar ta’ San Ġużepp u l-komunità Torka f’Malta li laqgħuna b’idejhom miftuħa u nfetħu għal ħidma flimkien.

Il-proġett huwa kkordinat minn Jean Paul Borg.

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.