Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Inizjamed

Kummenti

Mingħand Philip Sciberras

Philip Sciberras - Virginia MonteforteKien ta’ unur u sodisfazzjon immens għalija li ġejt mistieden minn Inizjamed biex nieħu sehem fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. Fuq firxa ta’ nofs seklu li ili nħarbex vrus, din kienet l-ewwel darba li xi ħadd talabni naqra l-poeżiji fil-pubbliku. L-introduzzjoni tal-Prof. Bernard Micallef kienet, kif mistenni, erudita. Ma setax jonqos li anke lill-miġemgħa li attendiet, il-poeżiji minni magħżula mill-ktieb Mirja waslulha permezz tal-versi s-sentimenti, il-passjonijiet u l-ħsibijiet tiegħi. Radd il-ħajr lill-Inizjamed għal din l-opportunità.

28 ta’ Awwissu 2018

_______________________

Mingħand Victor Fenech

victorfenechF’dawn l-aħħar tliet snin attendejt sitta mid-disa’ serati tal-Festival u qatt ma ħriġt diżappuntat. lbda biex, il-post jaffaxxinani; prosit lil min għażlu. Imbagħad dik li tisma’ assortiment ta’ kittieba minn diversi pajjiżi jaqraw ix-xogħlijiet tagħhom f’diversi ilsna tħossok tinqata’ mill-insularità li kultant tista’ tħossok maqbud fiha. Il-‘vuċijiet’ ta’ kittieba Maltin u barranin flimkien joħolqu bħal panorama ta’ temi u stili li togħġobni, naturalment bix-xogħol iebes preparatorju li jsir fit-tul minn wara l-kwinti mit-tradutturi kollha.

Il-parteċipazzjoni mużikali u l-brejk ta’ “kwarta/siegħa” li jħalli lill-udjenza titkellem informalment mal-awturi, huma fatturi oħrajn pożittivi. Sentejn ilu kellna taqsima ta’ ‘short films’ minn madwar id-dinja li kienet tassew interessanti – immissjajtha, imma l-Festival m’għandux ikun replika tiegħu nnifsu minn sena għal oħra. Il-varjetà tridha, u importanti.

Nittama li l-Festival ikompli jiftaħ f’ritmi ġodda aktar ‘il quddiem, u mhux jaqta’ nifsu bħal bosta inizjattivi oħra fil-passat. Ta’ dan kollu prosit lill-grupp kollu.

Settembru 2012

_______________________

Mingħand Mario Azzopardi

mario.azzopardiDin is-sena (2012) il-Festival reġa’ irreġistra attendenza tajba u m’hemmx dubju li qed isiru sforzi intensivi biex dan l-avveniment annwali jibqa’ jirnexxi.  Il-pubbliċità tidher li qed tħalli l-effett, talinqas fost il-patruni tas-soltu.

L-introduzzjoni tal-mużika qed tagħni d-dinamika u qed tagħmel differenza. Fil-fatt, issa li l-Festival stabbilixxa ruħu daqshekk, jista’ jkun li ta’ min jaħseb biex jibdel xi ftit il-formola, ngħidu aħna b’siltiet drammatizzati.

Jista’ jkun ukoll li l-prożaturi jingħataw parir li jqassru l-interventi tagħhom u jippreżentaw siltiet aktar qosra differenti minflok silta twila waħda. Dan jgħin anki biex joħroġ profil iktar “komprensiv” tat-tematika tal-awturi rispettivi.

L-intervisti għandhom jibqgħu anzi, għandhom ikunu aktar inċiżivi u provokatorji.

Għandu jkun hemm xi forma ta’ prezzijiet imraħħsa għall-kotba. Il-prezzijiet mhux dejjem realistiċi.  Kien hemm “kotba” ta’ ftit faċċati li nbigħu bi prezz eżorbitanti.

Prosit lil kull min hu involut: faċli tikkummenta bħal ma jien nagħmel issa imma hi xi ħaġa kompletament differenti li torganizza.

Settembru 2012

Leave a Reply

Inizjamed
Ħarsa Ġenerali Dwar il-Privatezza / Privacy Overview

Dan is-sit juża l-cookies biex int tkun tista' taċċessah bl-aħjar mod possibbli. L-informazzjoni dwar il-cookies tinħażen mill-browser, u sservi biex nagħrfuk kull meta żżur is-sit u tgħinna nagħrfu liema partijiet tas-sit issib l-iktar utli u interessanti.

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.