Il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta / Malta Mediterranean Literature Festival
Loranne Vella

Loranne Vella

Kittieba Mistiedna
Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2019

English version below.

Loranne Vella. Photo by Kenneth Scicluna.
Loranne Vella. (Kenneth Scicluna.)

Loranne Vella, Maltija, hija kittieba, traduttriċi u performer. Bejn l-2007 u l-2009 hi kitbet it-tliet kotba tat-Triloġija tal-Fiddien ma’ Simon Bartolo.  Kull volum rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.  Fl-2012, ir-rumanz tagħha MagnaTM Mater rebaħ it-tieni premju fil-kategorija ta’ kitbiet għaż-żgħażagħ.  Rokit, l-aħħar rumanz ta’ Vella, hu l-ewwel ktieb tagħha għall-kbar.  Tnieda, bħall-kotba l-oħra tagħha minn Merlin Publishers, f’Marzu 2017 u ntlaqa’ tajjeb ħafna kemm mill-kritiċi u anke mill-pubbliku, u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018.   Vella qalbet għall-Malti għadd ta’ kotba għat-tfal, fosthom tnejn li rebħu l-premju Terramaxka fl-2015 u l-2016.  Hi tgħix Brussell, fejn tmexxi wkoll grupp interdixxiplinarju li jtella’ wirjiet artistiċi, bl-isem ta’ Barumbara Collective.  Il-wirja li tellgħu fl-2018 –  Verbi: mill-bieb ‘il ġewwa – kienet ibbażata fuq il-ġabra ta’ novelli ta’ Vella bl-isem ta’ mill-bieb ‘il ġewwa, li għandha titnieda f’Novembru 2019 minn Ede Books. #FMLM2019


Loranne Vella

Guest Author
Malta Mediterranean Literature Festival 2019

Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019

Loranne Vella is a Maltese writer, translator and performer. Between 2007-2009 she co-wrote the three volumes of the Fiddien Trilogy with Simon Bartolo. Each won the National Book Prize. In 2012, Vella’s novel MagnaTM Mater won 2nd prize in the category for young adults. Rokit, her latest novel, is her first novel for adults. It was published to critical and public acclaim in March 2017, and won the National Book Prize in 2018. As with her previous works, this was published by Merlin Publishers. Vella has also translated several books for children, two of which won the Terramaxka National Children’s Books Prize in 2015 and 2016. She lives in Brussels where she also directs the interdisciplinary performance art group Barumbara Collective. Their 2018 performance – Verbi: mill-bieb ‘il ġewwa – was based on Vella’s collection of short stories mill-bieb ‘il ġewwa (take a look inside (me)), which is due for publication in November 2019, by Ede Books. #MMLF2019


Din is-sena l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta jirritorna fil-Forti Sant’Iermu, fejn fl-iljieli tat-22, 23 u 24 t’Awwissu se jlaqqgħakom mal-kittieba mistiedna bil-qari tax-xogħlijiet oriġinali tagħhom, kif ukoll permezz tal-intervisti. Se jkun hemm il-film tal-poeżija minn Malta, imsejjes fuq il-poeżija Natura Morta ta’ Joe Friggieri, kif ukoll films magħmulin lil hinn minn xtutna.

Il-festival hu ferm ikbar, però, minn dak li jseħħ matul dawk it-tlitt ijiem, u jiġbor fi ħdanu sensiela ta’ avvenimenti li jibdew fi ftit ġimgħat. Segwu dan is-sit u l-paġni tagħna fuq Facebook u Instagram għal iktar informazzjoni. #FMLM2019

This year’s Malta Mediterranean Literature Festival will be returning home to Fort St Elmo, Valletta, for the nights of 22, 23 and 24 August. The guest authors will be reading their original work, and you will get to know them better through the Q&As. The Poetry on Film series will be reprised with a short based on Joe Friggieri’s poem Natura Morta, which will also be joined by other films from abroad.

Whilst the culmination will be on those three days, the festival is actually so much than that. A series of events leading up to the festival, will be starting in a few weeks; stay tuned to this website, and follow us on Facebook and Instagram to keep up to date. #MMLF2019

2 Comments

  1. Pingback: Il-Programm tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta 2019 - INIZJAMED

  2. Pingback: The Full Programme for the Malta Mediterranean Literature Festival 2019 - INIZJAMED

Comments are closed.